Charles Abela ġie ikkundannat 4 snin ħabs wara li nstab ħati li ffroda raġel ieħor madwar €8,000 fuq xogħol relatat ma’ tiswija ta’ lift fl-Isla.
Ir-raġel kien akkuat bi frodi, miżapproprjazzjoni ta’ flus, falsifikazzjoni ta’ firem, tagħrif falz lill-Pulizija u li kiser sentenzi tal-Qorti.
Ir-raġel li kien qabbdu jirranġalu l-lift irrapurtah lill-Pulizija u spjegalhom li hu kien ta lill-akkużat €8,721 – li €1,125 minnhom baqa’ ma rċeviex irċevuta tagħhom.
Meta ġiet biex tagħti l-piena, il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech qieset, li l-akkużat baqa’ ma ħallasx lill-vittma tal-flus li ħadlu.
Kien għalhekk li kkundannat lil Abela sentenza ta’ ħabs, ordnatlu jħallas €8,721 lill-vittma u ħarġet ukoll ordni ta’ trażżin għal 3 snin biex tipproteġi lill-vittma.
//= $special ?>

