Il-Papa Ljun wasal fil-Kamerun b’messaġġ ċar – li d-dinja jeħtieġ li tagħżel l-għaqda fuq il-kunflitt.
Iż-żjara tiegħu qed issir f’mument ta’ tensjoni, hekk kif qed jeskala argument jaħraq bejn il-Papa u l-President Amerikan Donald Trump kif ukoll il-Viċi President JD Vance dwar il-gwerra li għaddejja fl-Iran.
Waqt il-vjaġġ tiegħu fl-Afrika, il-Papa qal li l-missjoni tiegħu hi li juri kif popli differenti jistgħu jgħixu flimkien fil-paċi. Hu beda ż-żjara fl-Alġerija, fejn żar il-Moskea l-Kbira u l-post fejn twieled Santu Wistin, bħala simbolu ta’ rispett bejn reliġjonijiet u kulturi differenti.
Intant, b’sinjal ta’ rispett lejn iż-żjara tiegħu, fil-Kamerun kien hemm qbil li jwaqqfu l-ġlied li għaddej bħalissa għal tlett ijiem – sabiex il-Papa jkun jista’ jivvjaġġa b’sigurtà. Wara l-Kamerun, il-Papa se jkompli b’dan il-vjaġġ tiegħu fl-Afrika li hu mirux fuq 10 ijiem.
//= $special ?>

