Fit-tielet ġurnata tat-Tazza tan-Nazzjonijiet 2026 li qed issir f’Ġibiltà, it-timijiet Maltin komplew bis-serje pożittiva wara li rebħu l-logħbiet kollha tagħhom fil-kategoriji kollha li ħadu sehem fihom.
Fl-ewwel logħba t-tim nazzjonali ta’ taħt it-23 sena fetaħ b’rebħa konvinċenti ta’ 20-5 kontra l-Irlanda. Fl-istess sessjoni, it-tim B tal-irġiel kiseb suċċess ieħor meta għeleb lil Messiku B1 bl-iskor ta’ 19-6.
It-tim A tal-irġiel kompla jikkonferma b’rebħa ta’ 18-7 kontra Tim A Shetland filwaqt li it-tim B tal-irġiel reġa’ kien fl-azzjoni b’rebħ importanti ta’ 15-10 kontra l-Irlanda ta’ Fuq B1.
It-tim B tal-irġiel lagħab it-tielet logħba fejn anke hawn żammew il-konsistenza b’rebħa kbira ta’ 21-4 kontra Tim B Ġibiltà.
It-tim Malti ta’ Taħt it-23 sena lagħab it-tieni logħba tiegħu fejn anke hawn kisbu rebħa oħra bl-iskor ta’ 15-10 kontra Tim A tal-Iskozja.
Finalment it-tielet logħba tat-tim ta’ taħt it-23 sena kienet kontra t-tim B Skoċċiż fejn ħarġu rebbieħa.
//= $special ?>

