Knisja Lokali Mużika

Kunċert fil-Knisja ta’ Sant’Antnin ta’ Padova f’Għajnsielem

Il- festival ta’ memorjali magħruf bħala il- “JP2 Memorial Festival 2026” organizzat mill-Fondazzjoni Kulturali Papa San Ġwanni Pawlu II, għax-xahar ta’ April se jospita l-Orkestra taż-Żgħażagħ tal-Università ta’ Malta, Ġ.F. Abela Junior College taħt id-direzzjoni mużikali ta’ Mro. Emanuel Pirotta f’kunċert ser issir fil-Knisja ta’ Sant’Antnin ta’ Padova f’Għajnsielem nhar is-Sibt, 25 ta’ April 2026 li jibda fit-8.00pm, immedjatament wara li jintemm is-servizz tal-Knisja.

Il-programm se jinkludi repertorju vast mill-istudenti żgħażagħ li jagħmlu parti mid-Dipartiment tal-Mużika fi ħdan il-Junior College.

Dan l-avveniment huwa parti mill-attivitajiet ta’ kull xahar organizzati bħala parti mill-kommemorazzjoni tal-20 anniversarju mill-inawgurazzjoni tal-Monument Nazzjonali ddedikat lill-papa msemmi, li jinsab fil-bini ta’ Triq Papa Ġwanni Pawlu II fil-periferija tar-Rabat ta’ Għawdex, li twassal għas-Santwarju Nazzjonali tal-Madonna Ta’ Pinu.

Din l-attivita qed tiġi organizzat mill-Fondazzjoni Kulturali Papa San Ġwanni Pawlu II magħruf bħala l-JP2 Cultural Foundation b’kollaborazzjoni sħiħa mal-Kumunità tal-Patrijiet Franġiskani Minaturi f’Għawdex, il-Kunsill Lokali ta’ Għajnsielem u l-Ġ.F. Abela Junior College. Pawlu’s Ironmongery huwa l-isponsor uffiċjali ta’ dan l-avveniment. Il-pubbliku ġenerali huwa mistieden jattendi.