Sport

Malta fit-tournament internazzjonali tal-Pickleball

Timijiet ta’ livell intermedju magħmula minn plajers ta’ ’l fuq minn 19 il-sena u ’l fuq minn 50 sena irrappreżentaw lil Malta fit-Tournament internazzjonali tal-Pickleball f’Malta.

It-tim ta’ ‘l fuq minn 19 il-sena rebaħ partita mit-tliet partiti fl-istadju round robin u wara tilef partita deċiżiva wara li kienet intemmet 2 – 2.

It-tim ta’ ‘l fuq minn 50 sena wara li fl-istadju round – robin rebaħ tnejn mit-tliet partiti rebaħ wkoll il-kwarti finali fejn wara fis-semifinali lagħbu partita deċiżiva wara 2 – 2 fis-sets.

It-tim ta’ ‘l fuq minn 19-il sena, 3.5 kien magħmul minn George Chetcuti, Adrian Chetcuti, Matthew Farrugia, Karen Sciberras Paller, Naomi Attard, Kristine Micallef Ampong u Rachael Scicluna.

Filwaqt li t-tim ta’ ’l fuq minn 50 sena, 3.5 kien magħmul minn Guido Pace, Ray Grixti, Carlos Cluett, Dameon Willis, Tania Cluett, Rachelle Spiteri u Ruth Chircop.

Il-kontingent ta’ Pickleball Malta kien immexxi minn Victor Sciberras.