Hekk kif il-Prim Ministru daħħal lill-pajjiż f’election mode, ma jaqtgħu xejn il-manuvri mill-qalba tal-Partit Laburista biex jimbuttaw lill-kandidati meqjusin bħala “tal-klikka”, u jtajru lil dawk li qed jarawhom bħala dgħajfa.
Fost dawn, hemm il-Ministru tas-Saħħa Jo Etienne Abela, li bdiet kampanja sħiħa kontrih – anke permezz tal-blogs li jippubblika Neville Gafà, li hu wieħed mill-esponenti ewlenin tal-establishment ta’ Muscat illi għad għandu saħħa kbira fuq il-klikka ta’ Robert Abela.
Net News jista’ jiżvela kif nies qrib is-Segretarju Parlamentari Malcolm Paul Agius Galea ħarġu jiftaħru li għandhom lil Neville Gafà jmexxi l-kampanja tagħhom. B’sorsi oħra jindikaw illi mhux ta’ b’xejn li bdiet mewġa ta’ kritika u kampanja sħiħa ta’ propaganda kontra l-Ministru tas-Saħħa.
Dan kollu deher evidenti wara ċ-ċelebrazzjoni ta’ Jum il-Ħelsien, meta Neville Gafà kiteb hekk dwar il-Ministru Abela: Fl-istess waqt li l-Ministru għas-Saħħa mar jippoppa sidru quddiem il-cameras, mijiet ta’ ċittadini Maltin qegħdin jirċievu appuntamenti mill-isptar Mater Dei saħansitra datati għal Frar 2027. Fost dawn hemm anzjani li bilkemm jifilħu jagħmlu pass, aħseb u ara kemm jistennew sena biex imisshom vista quddiem xi konsulent.
Ma’ din il-kampanja ta’ attakki ngħaqad ukoll l-Eks Membru Parlamentari Laburista Silvio Grixti illi stqasa kemm qed idum pazjent biex jarah speċjalista u biex joperah.
L-eks deputat tal-Labour insista li l-Ministru Jo Etienne Abela qed jgħix fi sfera kompletament differenti. Dan għaliex ir-realtà tal-pazjent hi li m’għandu lil ħadd jidderiġih.
Dan is-sit jista’ jikkonferma li l-campaign manager ta’ Malcolm Paul Agius Galea qed ikompli jrewwah din il-kritika; propju għaliex iridu li hu jieħu post Jo Etienne Abela.
//= $special ?>
