Aston Villa għamluha fis-semi finali tal-UEFA Europa League wara rebħa faċli ta’ 4-0 fuq Bologna biex b’hekk għaddew bi skor aggregate ta’ 7-1. Ollie Watkins poġġa’ lit-tim Ingliż fil-vantaġġ qabel kien Emiliano Buendia li rdoppjaw fis-26 minuta. Morgan Rodgers prattikament għalaq il-partita fid-39 minuta, b’Ezri Konsa jiskorja ir-raba’ gowl lejn tmiem il-partita.
It-tim Ingliż ta’ Nottingham Forest ukoll irritornaw għas-semi finali ta’ kompetizzjoni Ewropea wara aktar minn 40 sena meta f’darhom għelbu lil Porto 1-0 biex għaddew b’aggregate ta’ 2-1. Wara li Porto spiċċaw b’għaxar plejers wara tmien minuti minn ftuħ il-partita, il-gowl uniku ta’ Nottingham Forest wasal tliet minuti wara meta Neco Williams sab lil Morgan Gibbs-White li kkonkluda fix-xibka.
UEFA EUROPA LEAGUE: Celta Vigo v Freiburg 1-3 (1-6), A.Villa v Bologna 4-0 (7-1), Nott. Forest v Porto 1-0 (2-1), R.Betis v Braga 2-4 (3-5)
UEFA CONFERENCE LEAGUE: AZ Alkmar v S.Donetsk 2-2 (2-5), AEK v Rayo V. 3-1 (3-4), Fiorentina v C.Palace 2-1 (2-4), Strasbourg v Mainz 4-0 (4-2)
//= $special ?>

