Il-President Amerikan ħabbar li Iżrael u l-Libanu qablu li jkun hemm perijodu ta’ 10 ijiem ta’ waqfien mill-ġlied. Dan wara ġimgħat sħaħ ta’ attakki bejn il-qawwiet ta’ Netanyahu u l-militanti tal-Hezbollah – kunflitt li ħalla diversi vittmi ċivili.
Fil-fatt, l-attakki ta’ Iżrael fuq it-territorju tal-Libanu ħallew mal-2,000 vittma mit-2 ta’ Marzu ‘l hawn.
Intant, Trump qal ukoll li pajjiżu qed jinnegozja “b’mod pulit” anke mal-Iran.
Aktar kmieni dan ix-xahar, l-Iran u l-Istati Uniti kienu qablu dwar waqfien mill-ġlied; iżda Iżrael qal li l-ftehim ma kienx japplika għal-Libanu. U fl-istess jum il-Libanu kien milqut minn serje ta’ attakki qerrieda.
//= $special ?>

