Raġel ta’ 54 sena residenti Ħaż-Żabbar indarab gravi wara li ntlaqat minn Toyota Starlet misjuqa minn żagħżugħ ta’ 28 sena residenti Ħaż-Żabbar ukoll.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-6:30 pm fi Triq Sant’ Antnin, Ħaż-Żabbar. Minnufih, fil-post issejħu l-Pulizija flimkien ma’ tim mediku sabiex jassisttu.
Aktar tard ir-raġel ta’ 54 sena ittieħed l-isptar Mater Dei għal aktar assistenza medika fejn minn stħarriġ preliminari rriżulta li sofra ġrieħi ta’ natura gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan l-inċident għadhom għaddejjin.
//= $special ?>

