Il-President tal-Parlament Ewropew, Roberta Metsola stiednet lill-Papa Ljun XIV biex jindirizza sessjoni plenarja tal-Parlament Ewropew.
Fi stqarrija fuq il-midja soċjali, Roberta Metsola stqarret li għamlet kuntatt mas-Santa Sede, f’isem il-Parlament Ewropew u x-xewqa tiegħu li fil-futur qarib, il-Papa Ljun jindirizza sessjoni plenarja.
Hija ddeskriviet lill-Papa Ljun XIV bħala simbolu ta’ kuraġġ morali. Skont Metsola, il-messaġġ tiegħu huwa rikonoxxut minn persuni ta’ kull fidi … anke minn individwi mingħajr affiljazzjoni reliġjuża, li jibqgħu jisimgħu u jirrispettaw il-perspettiva tiegħu.
Roberta Metsola, temmet tisħaq “Nittamaw li nilqgħuh fil-futur qrib u nisimgħu l-messaġġ tiegħu għall-Ewropa.”
//= $special ?>

