It-Tim Nazzjonali Malti tal-Ibburdjar Offshore permezz ta‘ Viva Malta temm it-tellieqa lbieraħ kmieni filgħodu fit-tmienja, disa’ u tletin minuta u għaxar sekondi 08:39:10 sabiex kisbu Line Honours fit-33 edizzjoni tat-tellieqa klassika offshore ta’ 540 mil nawtiku magħrufa bħala Roma Per Tutti. Ir-rotta bdiet minn Riva di Traiano lejn Ventotene u Lipari u lura lejn Riva di Traiano
L-Ekwipaġġ ta’ Viva Malta huwa magħmul mill-Ko-Skipjers Zach Zammit u Saul Vassallo flimkien mal-Kaptan: Ramon Sant Hill.
Il-membri tal-ekwipaġġ magħmul minn Isaac Vassallo, Nick Debono Drury, Alex Siegler, Shaun Miggiani, Karl Miggiani, Jake Satariano, Gregory Mifsud Orlando, Patrice Pace, u Pascal Pace.
//= $special ?>

