Internazzjonali

Tensjonijiet fil-Lvant Nofsani minkejjja t-tentattivi għall-paċi

Is-sitwazzjoni fil-Lvant Nofsani qed tkompli teskala minkejja tentattivi għall-paċi. Il-President Amerikan Donald Trump qal li llum mistennija jibdew taħditiet bejn il-mexxejja ta’ Iżrael u l-Libanu.

Madankollu, minkejja dawn id-diskussjonijiet, Iżrael qed ikompli jattakka lill-grupp Hezbollah fil-Libanu.

Bħalissa hemm waqfien temporanju mill-ġlied, iżda dan se jiskadi fi żmien ġimgħa. In-nuqqas ta’ qbil għal ftehim formali bejn l-Istati Uniti u l-Iran qed iħalli bieb miftuħ għal fażi ġdida ta’ kunflitt bejn iż-żewġ naħat.

Fl-isforzi għall-paċi, hemm ukoll pjanijiet għal laqgħa bejn l-Istati Uniti u Iran, li x’aktarx se issir il-ġimgħa d-dieħla fil-Pakistan.

L-armata tal-Istati Uniti qed timplimenta imblokk fuq il-kosta tal-Iran. Minn nhar it-Tnejn ġew imwaqqfa u mibgħuta lura mill-inqas 10 vapuri, u l-ebda vapur ma rnexxielu jidħol fl-Iran.

L-għan ta’ din il-miżura, skont Trump, huwa li l-Iran ma jkunx jista’ jbigħ iż-żejt u jiġġenera dħul finanzjarju. Huwa sostna wkoll li jixtieq iżomm il-passaġġi tal-baħar miftuħa għall-bqija tad-dinja, iżda mhux għall-Iran.

Fl-aħħar sigħat, il-grupp Hezbollah wettaq iktar attakki u spara diversi missili lejn Iżrael.