Bosta residenti jinsabu mħassba ferm dwar proġett li għaddej fiz-zona ta’ Qormi Road, il-Marsa – qrib Hili offices. B’rapporti jindikaw li l-proġett qed isir mingħajr sistema ta’ drenaġġ adegwata.
Ir-residenti qalu li, minkejja x-xogħlijiet li għadhom għaddejjin, m’hemm tidher l-ebda provvista għad-drenaġġ. Dan qajjem tħassib serju, peress li s-sistema tad-drenaġġ hija parti essenzjali u bażika mill-infrastruttura moderna tat-toroq.







Ir-residenti sostnew li n-nuqqas ta’ sistema ta’ drenaġġ jista’ jwassal għal akkumulazzjoni ta’ ilma matul perjodi ta’ xita qalila, li potenzjalment iwassal għal għargħar u anke ħsarat fil-wiċċ tat-triq.
Is-sitwazzjoni qajmet aktar mistoqsijiet dwar l-ippjanar u l-kwalità tal-proġett. Xi residenti appellaw lill-awtoritajiet biex jirrevedu x-xogħlijiet u jiżguraw li sistema ta’ drenaġġ xierqa tkun inkluża fil-proġett li għad irid jitlesta.
//= $special ?>

