F’intervista li mistennija tixxandar illejla, Robert Abela kien affaċjat b’domandi dwar is-sistema ta’ trasport tal-massa li l-Labour ilu jwiegħed 13-il sena. Bil-Prim Ministru issa qed jgħid lin-nies li jridu jistennew aktar – imqar sa wara l-elezzjoni.
Il-MaltaToday fil-fatt qed tirrapporta li f’dan il-programm, Abela iddikjara li t-trasport tal-massa se jkun “prijorità” wara l-elezzjoni ġenerali li ġejja.
Il-Prim Ministru ddikjara wkoll li bil-proġetti li qed isiru f’diversi toroq, diġa’ naqas it-traffiku.
Wieħed irid ifakkar li l-Kap tal-PN Alex Borg diġa’ kien ċar ħafna fuq din il-materja. U nsista li Gvern ġdid Nazzjonalista se jkun qed ivara l-proġett tat-trasport tal-massa mal-100 jum tiegħu fit-tmexxija. Dan sabiex in-nies, fl-ewwel leġislatura, jibdew igawdu l-frott ta’ dan il-proġett modern.
B’kuntrast, il-Viżjoni 2050 lanqas tgħid xejn dwar it-trasport tal-massa. L-uniku nota hi linja, li fiha l-inizjali TBA – to be announced.
//= $special ?>

