Eluf kbar ta’ persuni ħonqu z-zona tal-Japoma Stadium fil-kapitali tal-Kamerun sabiex taw merħba mill-isbaħ lill-Papa Ljun XIV. Dan hekk kif il-Kap tal-Knisja Kattolika mexxa quddiesa f’nofsinhar, li kienet meqjusa bħala l-akbar avveniment tiegħu matul it-tour ta’ għaxart ijiem fl-Afrika.
Huwa kkalkulat li aktar minn 600,000 persuna inġabru biex isegwu din iċ-ċelebrazzjoni u l-messaġġ li wassal il-Papa – li f’dawn il-jiem qed jibqa’ jtambar fuq il-paċi f’zoni fejn bħalissa hemm il-kunflitti, u kontra l-idea li ftit mexxejja qed jużaw metodi ta’ tiranija, oppressjoni u abbuż.
//= $special ?>

