Ingliż ta’ 64 sena, sfortunatament tilfet ħajtu waqt li kien qiegħed jogħdos f’Wied il-Għajn.
L-inċident seħħ għall-ħabta tat-tlieta u nofs ta’ waranofsinhar (1530hrs). Fuq il-post minnufih
marru l-Pulizija flimkien ma’ membri tal-Protezzjoni Ċivili fejn daħħlu lill-bugħaddas fuq l-art.
Malli ddaħħal l-art, tim mediku beda jassistih u ambulanza ħaditu l-Isptar Mater Dei.
Sfortunatament, huwa ġie ċċertifakat mejjet ftit tal-ħin wara.
Il-Maġistrat Philip Galea Farrugia ġie infurmat bil-każ u ħatar inkjesta filwaqt li l
investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.


