Lokali

Id-deal tal-gass għadu ma ġiex konkluż; Robert Abela ma jweġibx

Wara li ġie kkonfermat li l-proċess għal ftehim ġdid dwar il-provista tal-gass għadu ma ġiex konkluż; Robert Abela ħarab mill-ġurnalisti. U Miriam Dalli ma riditx tgħid kemm ilu li bdew in-negozjati.

Il-ftehim li kien hemm għal dawn l-aħħar 10 snin dwar il-provista tal-gass se jiskadi fit-13 ta’ Awwissu u l-Gvern sal-lum għadu ma kkonkludiex dan il-ftehim ġdid għall-provvista tal-gass biex il-familji u n-negozji ikunu żgurati li jkollhom l-enerġija fi djarhom u fl-istabbilimenti tagħhom. 

Wara li il-PN tkellem fuq din it-tema tant importanti, il-Gvern laqqa’ b’urġenza l-MCESD f’Kastilja.

Iżda anke wara li kien hemm bosta mistoqsijet li jridu jiġu mwieġba, il-Prim Ministru ħarab mill-ġurnalisti.

Intant wara li Abela evita l-mistoqsijiet tal-media, il-Ministru Miriam Dalli spiċċat kostretta tirrispondi d-domandi hi – U kien hawn fejn ikkonfermat li dan il-proċess għadu mhux magħluq.

Apparti li ma riditx tagħti d-data eżatta meta l-Gvern beda jinnegozja dan il-ftehim.