Lokali Sport

Il-Kap tal-PN Alex Borg jiltaqa’ mal-Għaqda tat-Table Tennis

Ritratt: Catriel Farrugia Sghendo

“Huwa importanti li nkomplu nħeġġu lill-poplu jipparteċipa fl-isports inkluż dak l-isports li għadu qed iżid fil-popolarità tiegħu bħat-table tennis fost sport ieħor.”

Dan kien il-messaġġ tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg waqt laqgħa li kellu fid-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista mar-rebbieħa tal-European Club Championships tat-Table Tennis fejn spjegawlu fuq is-suċċessi li għamlu.

Ritratt: Catriel Farrugia Sghendo

Infatti, huma spjegaw li matul dawn l-aħħar tliet snin kienu qed jaħdmu qatigħ sabiex jikkompetu barra minn xtutna u matul il-ġimgħa d-dieħla għall-ewwel darba se jkunu qed jipparteċipaw fil-finali tal-Europe Trophy fis-Serbja.

Minn naħa tiegħu, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg awguralhom għal din il-kompetizzjoni filwaqt li sostna li Gvern ġdid Nazzjonalista jaħdem għal aktar sostenn lill-isport tat-table tennis f’pajjiżna. Dan apparti li qed iwiegħed li jkun hemm Ministru dedikat għall-isport.

Ritratt: Catriel Farrugia Sghendo