Il-President tal-Partit Laburista Alex Sciberras, fid-diskors li għamel f’għeluq il-kungress tal-Labour, ikkonferma dak li ilu jgħid il-Partit Nazzjonalista snin, li pajjiżna jrid jimxi lejn wieħed li jħares il-benesseri.
Alex Sciberras, tkellem dwar il-fatt li dak li huwa tal-pubbliku, għandu jibqa’ tal-pubbliku filwaqt li anke ddikjara li l-Gvern għandu jiffoka fuq il-kwalita tal-ħajja. Hekk kif spjega li wasal iż-żmien illi pajjiżna jimxi għal “wellness state“.
Id-diskors ta’ Sciberras, ikkonferma li pajjiżna huwa bbażat biss fuq numri u mhux fuq il-kwalita tal-ħajja, u mhux fuq il-benesseri tal-poplu.
Dan hekk kif kompla jinsisti dwar dak li ilu tant jgħid il-Partit Nazzjonalista : pajjiżna għandu jimxi lejn il-kwalita.
//= $special ?>

