Indjan ta’ 43 sena inżamm arrestat wara li ġie akkużat li għamel avvanzi sesswali mhux mixtieqa fuq mara wara li talabha biex twasslu x’imkien u ma riedx jinżel mill-vettura tagħha.
Ibin Njarakkulath Sebastian tressaq il-Qorti wara li għamel avvanzi mhux mixtieqa fuq kollega tiegħu fid-dar tal-kura għall-anzjani fejn jaħdmu. Iżda, kien ikkonfermat li għaliex dawn jaħdmu f’sezzjonijiet differenti l-vittma ma kinitx taf min hu.
L-inċident seħħ waqt li l-vittma kienet sejra lura d-dar mix-xogħol, fejn waqt ix-xhieda tagħha spjegat li hekk kif kienet dieħla fil-karozza tagħha, l-akkużat resaq lejha u talaba sabiex ttellgħu fil-karozza u twasslu sa bus stop fil-qrib.
Wara li aċċettat, huwa allegatament talabha twasslu aktar ‘il bogħod.
Il-mara rrappurtat li bdiet tħossha skomda meta r-raġel irrifjuta li jinżel mill-karozza, minflok, huwa beda jagħmel kuntatt fiżiku mhux xieraq inkluż li jneħħilha xi ħwejjeġ u jmissha.
Il-pulizija rnexxielhom jarrestawh wara li saru nurmu ta’ tentattivi biex jinstab fir-residenza u fuq il-post tax-xogħol.
Huwa nżamm arrestat.
//= $special ?>

