Id-Deputat Mexxej Laburista Alex Agius Saliba spjega li l-Gvern Laburista se jkun qed jaħdem favur akkomodazzjoni affordabbli għal kulħadd. Dan minkejja li ilu 13-il sena sħaħ fit-tmexxija – u ħalla dan is-settur f’telqa sħiħa, b’detriment għaż-żgħażagħ u dawk kollha li jkunu qed ifittxu proprjetà.
Waqt li kien qed jindirizza l-partitarji Laburista fl-għeluq tal-Kungress tal-Labour, Agius Saliba ddikjara li l-Labour se jaħdem favur akkomodazzjoni affordabbli f’pajjiżna.
Propju fl-istess ġimgħa meta l-kollega tiegħu, il-Ministru Anton Refalo, ammetta li qed jokkupa villa fil-Qala Għawdex mingħajr ma jħallas kirja għaliha – wara li skadielu l-kuntratt, lura fl-2018.
Alex Agius Saliba konvenjentament ma semmiex li anke l-kollega tiegħu Roderick Glades akkwista duplex penthouse, bl-arja, għal 140,000 ewro. Dan filwaqt li studji varji qed juru li f’pajjiżna, il-prezz medju ta’ appartament huwa dak ta’ 400,000 ewro.
//= $special ?>

