Lokali

Iż-Żgħażagħ Laburisti jikkonfermaw li l-Prim Ministru kellu jikkanċella ‘Pitch it to the PM’

Iż-Żgħażagħ Laburisti kkonfermaw li kien propju l-Prim Ministru Robert Abela li siegħa biss qabel kellha tibda’ attività għaż-żgħażagħ it-Tlieta li għaddiet – ikkanċellaha.

Fil-fatt, il-post taż-Żgħażagħ Laburisti tgħid li meta tmexxi pajjiż jaf ikollok tipposponi xi attivitajiet. Konferma, li kien propju l-Prim Ministru Robert Abela li ġiegħlhom iħassru waħda mill-attivitajiet li kienet parti mill-Kungress tal-Labour u li kellha sseħħ żewġ passi ‘l bogħod minn Kastilja.

Dan sakemm il-karozza uffiċjali tal-Prim Ministru kienet ipparkjata propju pjazza Kastilja.

Fil-fatt, messaġġ li wasal għand NetNews minn dawk li kellhom jattendu ‘Pitch it to the Prime Minister’, juri kif din l-attività tħassret minħabba raġunijiet li ma kellhomx kontroll fuqhom iż-żgħażagħ.

Iżda, permezz ta’ post fuq facebook, matul il-jum tal-ġimgħa kkonfermaw li l-Prim Ministru li tant jgħid li ż-żgħażagħ huma fiċ-ċentru tal-politika tiegħu – ikkanċella attività taż-żgħażagħ. Filwaqt li ma tawx data għal meta se tkun qed issir din l-attività.