Christian Cali nżamm arrestat meta wieġeb mhux ħati li wettaq serqa vjolenti fil-Marsa.
Cali ta’ 25 sena wieġeb mhux ħati għal akkużi ta’ serq vjolenti u detenzjoni illegali, wara li raġel ġie mitlub jidħol f’dar, fejn ġie attakkat u misruq.
Il-każ seħħ fl-10 ta’ April bejn il-pm u s-7pm fi Triq San Pawl il-Marsa. Il-vittma rrapportat li waqt li kien miexi fil-lokalità, mara avviċinatu u talbitu jgħinha ġġorr xi affarijiet, fejn hija għamlitlu sinjal sabiex jidħol f’residenza.
Meta daħal, il-bieb ingħalaq u l-vittma sab ruħu quddiem żewt irġiel li allegatament attakawh. Minn fuq il-persuna tal-vittma insterqu żewġ mobiles u kartiera qabel ma ġie mbuttat mill-propjetà.
Permezz ta’ CCTV, ġie identifikat wieħed mill-allegat aggressur u għalhekk wassal biex tressaq Cali l-Qorti.
//= $special ?>

