Quddiem il-partitarji tiegħu, id-Deputat Prim Ministru Ian Borg, b’tant pompa, ftaħar bil-ħidma li wettaq Joseph Muscat hekk kif skont hu, kien propju Muscat li ħoloq moviment.
Dan qalu quddiem il-Prim Ministru attwali Robert Abela, fejn wara li iddandan bl-eks mexxej Laburista kien kostrett li jagħmel refenza għalih. Fejn tkellem dwar kif Abela żied kelma waħda wara l-moviment li ħoloq Joseph Muscat.
Fid-diskors tiegħu, id-Deputat Prim Ministru Ian Borg, kompla bil-ftaħir li Gvern Laburista qed jissussidja l-enerġija, mingħajr ma għamel l-ebda referenza għall-fatt li bħalissa għandna deal ta’ provvista li wasal biex jiskadi.
Ian Borg infexx f’għajat quddiem il-partitarji preżenti, u insista li l-Labour se jerġa’ jirbaħ.
//= $special ?>

