Lokali

L-Awditur Ġenerali jagħti ktieb komemorattiv lil Alex Borg

Aktar kmieni llum, l-Awditur Ġenerali ta’ pajjiżna Charles Deguara, ippreżenta ktieb komemorattiv lill-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg – ktieb marbut mal-avveniment li kien sar lura f’Novembru li għadda, meta pajjiżna kien ospità l-Awdituri Ġenerali kollha minn madwar l-Ewropa.

Waqt din il-laqgħa, l-Awdituri Ġenerali kellhom iċ-ċans li jesperjenzaw il-kultura Maltija permezz ta’ numru ta’ ikliet u anke avvenimenti ta’ żfin, kant u ikel tipiku Malti.

Minħabba li din l-attività kienet tant ta’ suċċess, l-Awditur Ġenerali Charles Deguara ħa d-deċiżjoni li jippubblika ktieb mimli ritratti mill-istess attività sabiex il-ġranet li pajjiżna ospita lill-Awdituri Ġenerali Ewropej jibqgħu mnaqqxa fl-istorja tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika.

Minn naħa tiegħu, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg faħħar lill-Awditur Ġenerali Charles Deguara li ħa din l-inizjattivà f’idejh sabiex anke jlaqqa’ lill-Awdituri Ġenerali Ewropej.