Ir-rapper Amerikan D4vd ġie arrestat mill-pulizija fuq suspett li għandu x’jaqsam mal-qtil ta’ tifla ta’ 14-il sena li kienet irrappurtata nieqsa s-sena li għaddiet.
Il-każ ħareġ fil-pubbliku wara li f’Settembru li għadda nstabu fdalijiet ta’ katavru f’karozza tal-għamla Tesla ….marbuta mal-indirizz ta’ dan il-kantant.
Skont rapporti, il-katavru kien fi stat avvanzat ta’ dekompożizzjoni, u nstab wara li l-awtoritajiet irċivew rapporti ta’ riħa qawwija ġejja mill-karozza.
Il-Pulizija f’Los Angeles qalu li l-kantant ta’ 21 sena qed jinżamm taħt kustodja.
Il-vittma, Rivas Hernandez, li kienet ġiet irrappurtata nieqsa xhur qabel, kienet tgħix madwar 75 mil ‘il bogħod mill-post fejn instabet.
Sadanittant, il-karriera tal-artist tidher li ġiet affetwata b’mod immedjat, hekk kif ir-rapper ħassar anke it-tour kellu programmat.
//= $special ?>

