Internazzjonali

Tikber il-pressjoni fuq il-Prim Ministru tar-Renju Unit

Ritratt: BBC News

Wieħed mill-uffiċjali ewlenin tal-Gvern Ingliż, Olly Robbins, spiċċa  kellu jwarrab wara li ġarr responsabbiltà għal nuqqas ta’ analiżi bir-reqqa li kellha issir fuq Peter Mandelson – qabel dan ingħata rwol ta’ ambaxxatur f’Washington. Bil-media Ingliża tgħid li Robbins, effettivament, ġie imkeċċi.

Dan l-uffiċjal kellu janalizza l-kredenzjali ta’ Lord Mendelson. U ħafna qed jgħidu li għamlu minnu l-ħaruf tas-sagrifiċċju.

Peter Mendeldon għandu ismu imċappas mal-Epstein Files; u fl-aħħar xhur kien akkużat li kixef informazzjoni sensittiva tal-Gvern Brittanniku.

Huwa propju għalhekk li diversi politiċi qed isejjħu għar-riżenja ta’ Keir Starmer, għaliex kien hu li ħatru ambaxxatur.

Mendelson kien ingħata ukoll Ġieħ ir-Repubblika minn pajjiżna, fl-2015.