Il-Ministru Anton Refalo qed jibqa’ jaħrab mill-mistoqsijiet dwar il-proprjetà tal-Qala. U wara li kien hu stess li qal li l-kuntratt tal-kera ilu li skada mill-2018, issa ddikjara li dan huwa fatt privat, u li l-kwistjoni hija bejnu u bejn is-sid tal-proprjetà.
Il-midja lokali għadha qed tippressa lill-Ministru Refalo sabiex jagħti spjegazzjoni, hekk kif kull darba li jagħti kummenti lill-midja dejjem qed joħorġu fatti ġodda dwar ir-residenza tal-Qala f’Għawdex.
Fil-fatt, fl-aħħar jiem huwa spjega li din il-kirja ilha li skadiet mill-2018, u li ħadd ma xeħtu ‘l barra mill-proprjetà allura baqa’ jużaha.
Tant hu hekk, li kien il-Prim Ministru Robert Abela stess li kkonferma, li Refalo qed jokkupa villa li tagħha, lanqas qed iħallas kera.
Issa, f’kummenti li ta lit-Times of Malta, il-Ministru Refalo kompla bl-attakki fuq il-midja lokali filwaqt li ddikjara illi l-fatt li skada l-kuntratt fl-2018, mhi affari ta’ ħadd. Għajr bejnu u bejn is-sid tal-proprjetà.
Dwar dan Net News tkellem ma’ numru ta’ esperti tal-liġi u spjegaw li – jekk skont dak li qed jgħid il-Ministru Refalo huwa minnu – u cioè li kera din il-villa 9 snin wara l-1993 – il-kuntratt kien iffirmat wara l-1995.
Skont dawn l-esperti, saru tibdil fil-liġijiet Maltija li jirrikjedu li ġaladarba kuntratt ikun iffirmat wara l-1995, u jiskadi, irid jiġi ffirmat kuntratt ġdid fejn ikun indikat illi l-abitant ikollu d-dritt ta’ estensjoni – right of renewal.
Bl-esperti jispjegaw li ġaladarba, il-kuntratt tal-Ministru Refalo skada fl-2018 – dejjem skont dak li qed jgħid hu – fl-2018 kellu jsir kuntratt ieħor bejn Refalo u s-sid tal-villa li jindika li Anton Refalo għandu right of renewal, sabiex il-Ministru jkun jista’ jibqa’ jikri din il-villa.
Iżda ġaladarba, dan ma sarx, il-Ministru Refalo huwa ddikjarat bħala abitant illegali – squatter, kif fil-fatt qed jiddikjaraw in-nies.
//= $special ?>
