Attivitajiet bħal dawn huma turija ċara tal-ħidma li jagħmlu l-bdiewa, is-sajjieda, raħħala, produtturi lokali, koperattivi u produtturi agrikoli f’pajjiżna.



Iddikjara dan il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg f’kummenti li ta lill-midja wara li żar l-AgriFair li fiha qed jipparteċipaw numru ta’ koperattivi, produtturi lokali, bdiewa u raħħalha u anke sajjieda fost oħrajn.



Alex Borg insista dwar il-ħtieġa li nkomplu nsaħħu l-prodott lokali bil-Kap tal-Partit Nazzjonalista jisħaq li Gvern ġdid Nazzjonalista ikompli mhux biss attivitajiet minn dawn sabiex ikompli jippromwovi l-prodott lokali, iżda jsaħħaħ dan is-settur bil-fatti.
Matul din l-attività, Alex Borg intlaqa’ tajjeb ħafna minn dawk kollha preżenti li tkellmu miegħu kemm fuq id-diffikultajiet u anke l-opportunitajiet li jġib miegħu dan is-settur filwaqt li rringrazzjawh li dejjem isibu lill-Partit Nazzjonalista ta’ spalla.



Bosta familji spjegaw kif huma ħerqana sabiex Gvern Nazzjonalista jinvesti aktar fil-produtturi lokali.
L-AgriFair tittella’ kull sentejn, fejn preżenti mhux biss ikun hemm fost oħrajn raħħala jeħilbu l-bhejjem għall-ħalib, flimkien ukoll ma’ varjetà ta’ ħxejjex, pjanti, ħut u laħam – iżda wkoll sezzjonijiet edukattivi u attivitajiet għal familja kollha li jqajmu interess u jżidu l-għarfien f’dan is-settur lokali ċentrali u tant importanti għal pajjiżna.




Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista kien akkumpanjat minn Sarah kif ukoll mix-Shadow Minister għall-Agrikoltura u Sajd Toni Bezzina.
//= $special ?>

