Floriana rebħu d-derby kontra Valletta 2-0 f’partita bilanċjata li dehret destinata tispiċċa fi draw. Għal ħafna mill-logħba ż-żewġ timijiet kienu kawti u organizzati, b’Valletta jkollhom aktar pussess tal-ballun iżda Floriana joħolqu l-aħjar ċansijiet fil-kontrattakk.L-ewwel taqsima spiċċat mingħajr gowls, bi ftit azzjonijiet perikolużi minn naħa u oħra. Fit-tieni taqsima l-logħba saret aktar miftuħa, speċjalment wara s-sostituzzjonijiet li għamlu ż-żewġ kowċis biex ifittxu l-gowl tar-rebħa.
Meta kollox kien jidher li se jispiċċa 0-0, Floriana skorjaw fil-ħin miżjud. Fid-93 minuta Charles M’Mombwa sab ix-xibka wara azzjoni veloċi u poġġa lill-Greens fil-vantaġġ. Valletta tefgħu kollox quddiem biex jippruvaw iġibu d-draw, iżda ħallew spazji wara u fit-100 minuta Kenan Dervišagić għalaq il-partita bit-tieni gowl.B’din ir-rebħa, Floriana żammew l-ewwel post fil-Closing Round u komplew is-sensiela pożittiva tagħhom.
//= $special ?>

