Is-Sibt waranofsinhar iġġarrfet faċċata ta’ binja fiż-Żejtun.
Ritratti li waslu għand NetNews juru li s-Sibt waranofsinhar ċediet faċċata ta’ binja fi Triq Luqa Briffa fiż-Żejtun. Binja li jidher li hija antika u abbandunata.
Xhieda mill-post spjegaw illi kienet xorti tajba li ħadd ma kien għaddej minn din it-triq fil-ħin li ġġarrfet il-faċċata, għaliex kienet iseħħ traġedja.
//= $special ?>

