Lokali

Lanqas Miriam Dalli ma taf twieġeb dwar it-trasport tal-massa

Robert Abela qed jerġa’ iwiegħed trasport tal-massa – però għal darb oħra m’hemm l-ebda timeframe, la meta ser tibda u lanqas meta ser tkun lesta din is-sistema.

L-unika ħaġa li qal Abela hi… li n-nies ser ikollhom jistennew wara l-elezzjoni ġenerali; għaliex sa issa, għadhom imweħħlin fl-istudji … turija ċara kemm dawn mhumha xejn għajr wiegħdiet fiergħa, bħal m’għamel il-Gvern fuq il-metro.

Net News staqsa lill-Ministru Laburista Miriam Dalli dwar dan il-proġett. Però deher biċ-ċar li m’għandiex idea dwar dak li qal Robert Abela.

Dan filwaqt li d-deputat Prim Ministru Ian Borg, l-eks Ministru tat-Trasport, lanqas biss indenja jirrispondi dwar din is-suppost wiegħda.

B’kuntrast, il-Kap tal-PN Alex Borg qed iwiegħed pjan ċar b’miri definiti: fejn kommess li jvara l-proġett tat-trasport tal-massa fi żmien 100 jum minn meta jiġi fdat mill-elettorat fit-tmexxija tal-pajjiż.