Raġel ta’ 36 sena mis-Serbja, ġie arrestat wara sorveljanza b’rabta ma’ allegat traffikar tad-droga f’Birkirkara.
Ilbieraħ, il-Pulizija nnutaw persuna tavviċina vettura li fiha kien hemm s-Serb u wara li sar kuntatt suspettuż, huwa ġie arrestat.
Minn tfittxija li saret fil-vettura tiegħu, instabu numru ta’ qratas b’sustanzi suspettati kokaina, waqt li tfittxija li saret fir-residenza tiegħu nstabu qratas allegatament kannabis, kollha lesti għat-traffikar, b’valur fit-triq ta’ madwar €11,500, kif ukoll kien fil-pussess ta’ ammont ta’ flus kontanti.
//= $special ?>

