Żewġ sewwieqa, it-tnejn minn Marsaskala, kellhom jittieħdu l-Isptar Mater Dei wara li kienu involuti f’inċident tat-traffiku f’Ħaż-Żabbar.
Il-każ seħħ fi Triq Villabate, meta għal xi raġuni seħħet ħabta bejn vettura tal-għamla Toyota Yaris misjuqa minn raġel ta’ 55 sena u karozza tat-tip Mercedes misjuqa minn żagħżugħ ta’ 22 sena.
Fil-post ġew imsejħa minnufih uffiċjali tal-Pulizija kif ukoll tim mediku tal-ambulanzi li ħadu liż-żewġ sewwieqa għal aktar kura.
Il-kundizzjoni tagħhom għadha pendenti.



