“Ġaladarba l-Partit Nazzjonalista jkun fil-Gvern, id-data tal-elezzjoni titħabbar mal-bidu tal-leġiżlattura – u għalhekk, fil-pajjiż ma jkunx f’inċertezza”
Kienet din il-proposta li ressaq ‘l quddiem Alex Borg meta ndirizza attività politika fil-Qrendi. Hekk kif spjega li l-klima ta’ elezzjoni ħoloq Gvern Laburista qed toħloq ħafna inċertezza għaliex il-familji, il-komunità, in-negozji ma jkunux jistgħu jippjanaw fit-tul.
Għalhekk, il-Partit Nazzjonalista se jressaq ‘l quddiem il-proposta “fixed term”.
Alex Borg spjega li tissejjaħ meta tissejjaħ elezzjoni ġenerali, il-Partit Nazzjonalista huwa magħqud u lest permezz ta’ pjan fit-tul, grupp ta’ kandidati u deputati li qed jaħdmu lejl u nhar.
Fid-diskors tiegħu, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista spjega illi kemm ilu fit-tmun tal-Partit Nazzjonalista hu flimkien mal-kumplament tad-deputati u l-kandidati ltaqgħu ma’ eluf ta’ nies li qed jersqu dejjem aktar viċin lejn il-Partit Nazzjonalista.
Huwa anke spjega li fl-aħħar ġimgħat, il-Partit Nazzjonalista kompla jiġġedded permezz tal-kandidati approvati.
//= $special ?>

