Balzan lura għall-ewwel diviżjoni hekk kif għelbu lil Melita fl-aħħar ġurnata tal-BOV Challenge League, b’din ir-rebħa tfisser li Balzan huma uffiċjalment iċ-champions ta’ din il-kompetizzjoni.
Balzan għelbu lil Melita bl-iskor finali ta’ 2-0, gowls minn Samir Arab u Sean Cipriott.
It-tim imexxi minn Andrew Cohen akkumulaw 48 punt wara 22 partita.
Intant, fl-istess ħin kienu qed jintlagħbu żewġ partiti kruċjali oħra. Qabel din il-Matchday, Swieqi United kienu qed jissieltu biex jirbħu l-Kampjonat, madankollu wara d-draw li kisbu kontra Fgura United, huma temmew fit-tielet post, b’46 punt. Il-partita l-oħra kienet dik bejn Birżebbuġa St. Peters u Sirens, b’dawn tal-ewwel ikollhom bżonn tlett punti bilfors u jittamaw f’riżultat negattiv minn Swieqi jew Balzan, bħal ma fil-verita’ ġara għal Swieqi.
Dan ifisser li t-tim min naħa t’isfel ta’ Malta ukoll kiseb 46 punt wara 22 partita, li jfisser li se jkollna partita deċiziva bejn Swieqi United u Birżebbuġa St. Peters biex inkunu nafu min se jikseb il-promozzjoni għal YoHealth Malta Premier l-istaġun li ġej.
Huwa fatt li l-ebda minn dawn it-timijiet qatt ma lagħab fil-Premier Malti, u jirbaħ min jirbaħ, ikun qiegħed jilagħab għall-ewwel darba fl-għola diviżjoni ta’ pajjiżna.
//= $special ?>

