Sport Sport Ieħor

Espoir D’Amour bit-tielet suċċess infila fil-finali tat-Tazza San Franġisk

Charles Camilleri l-ewwel fil-heat mill-kampjonat tal-Mediterran

Kenneth Vella

L-aktar tiġrija importanti li saret il-Ħadd wara nofsinhar kienet il-finali tat-Tazza San Franġisk għal żwiemel tal-klassi Copper fuq distanza qasira ta’ 2140 metru. Din il-finali organizzata bl-għajnuna ta’ Gain Equine Nutrition intrebħet mill-favorit Espoir D’Amour  u Paul Galea u għamlet parti mill-20 laqgħa tal-istaġun fuq tmien tiġrijiet kollha tat-trott.

Tnax -il żiemel ħadu sehem fil-finali Copper. Kif kien mistenni kien, Espoir D’Amour (Paul Galea) kien l-aktar żiemel veloċi wara l-bidu uffiċjali tal-finali u minnufih fetaħ vantaġġ żgħir minn Eald Breed (Noel Baldacchino) u Rose Lloyd (Dwayne Farrugia). Iż-żiemel ta’ Galea baqa’ konsistenti tul id-distanza kollha u qasam il-linja finali l-ewwel faċilment b’vantaġġ ta’ madwar erba’ tulijiet minn Eald Breed, Ice Dream Keruzoc (Mauro Attard) u Gringo Marancourt (Kirsten Axisa). Għal Espoir d’Amour din kienet it-tielet rebħa nfila f’medja ta’ 1.14.7” fil-kilometru.

Fi tmiem il-finali, George Grech f’isem l-isponsors ippreżenta t-Tazza San Franġisk lil Shazeah Schembri u Paul Galea, is-sid u s-sewwieq rispettivament taż-żiemel rebbieħ

Il-laqgħa nkludiet ukoll żewġ semifinali mill-kampjonat Bavaria għal żwiemel tal-klassi Gold fuq distanza twila ta’ 2640m metru. Fl-ewwel waħda,  Clint Vassallo poġġa lil Hamlet Du Vivier quddiem dawra mit-tmiem. Dan ħa t-tieni rebħa nfila b’tul u nofs minn Gangster D’Urfist (Cliferty Calleja), Hampton Du Vivier (Nathaniel Barbara) u Emile Du Var (Jesmar Gafa’). Hope (Redent Magro) u Feux Verts (Dylan Baldacchino) ukoll għamluha għall-finali.

Formi (Joe Schembri) li okkupa l-ewwel post għal parti twila tad-distanza tat-tieni semifinali Gold, ċeda kollox f’nofs id-dritta finali. Dan inqabeż minn The Lion (Rodney Gatt) li faċilment ħa t-tieni rebħa konsekuttiva minn El Maco Khalifa (Cliferty Calleja). Formi kellu jikkuntenta bit-tielet post minn Genialissime (Jason Vassallo), Vincent As (Oliver Briffa) u Cinik D’Aghi (Miguel McKay).

Il-programm inkluda wkoll tiġrija internazzjonali mill-kampjonat tal-Mediterran tas-sewwieqa fuq 2140m. Dawn saqu żwiemel mill-klassi Silver. Malta kienet rappreżentata minn Charles Camilleri. Camilleri ħa l-massimu tal-punti mill-kampjonat wara li temm it-tieni wara Ex Aequo De Cosse (Carl Caruana). Fast (Ksenia Morozova) temm it-tielet minn Impact Sur Laterre (Michael Grech). B’kollox kienu sebgħa l-parteċipanti fil-heat tal-kampjonat tal-Mediterran.

Ir-rebbieħa kollha

I Tiġrija. Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Sebastian’s Angel (J.J. Farrugia) Ħin – 2.44.3” (1.16.8”) 2. Jaguar Des Caux (J.C. Pace) 3. Influx Du Parc (R. Briffa) 4. Mutin D’Obret (R. Schembri)

II Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Typhoeus Face (D. Cortis) Ħin – 2.42” (1.15.7”) 2. Gypsa Bella (S. Cassar) 3.Ideal Pierji (J. Gafa’) 4. Instant De Beaum (P. Galea)

III Tiġrija. Heat Kampjonat tal-Mediterran. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Ex Aequo De Cosse (C. Caruana) Ħin – 2.37.3” (1.13.5”) 2. Embleme Castelets (Ch. Camilleri) 3. Fast (K. Morozova) 4. Impact Sur Laterre (M. Grech)

IV Tiġrija Semifinali Kampjonat Bavaria. Klassi Gold. Dist – 2640m. 1. Hamlet Du Vivier (C. Vassallo) Ħin – 3.14.9” (1.13.8”) 2. Gangster D’Urfist (C. Calleja) 3. Hampton Du Vivier (N. Barbara) 4. Emile Du Var (J. Gafa’) 4. Hope (R. Magro) 5. Feux Verts (D. Baldacchino)

V Tiġrija. Semifinali Kampjonat Bavaria. Klassi Gold. Dist – 2640m. 1. The Lion (R. Gatt) Ħin – 3.15” (1.13.9”) 2. El Maco Khalifa (C. Calleja) 3. Formi (J. Schembri) 4. Genialissime (J. Vassallo) 5. Vincent As (O. Briffa) 6. Cinik D’Aghi (M. McKay)

VI Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Java De Beauvron (M. Grech) Ħin – 2.40.3” (1.14.9”) 2. Carrah (P. Galea) 3. Inca Des Champs (R. Gatt) 4. Prediction (J.J. Farrugia)

VII Tiġrija. Finali Tazza San Franġisk Gain Equine Nutrition. Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Espoir D’Amour (P. Galea) Ħin – 2.39.9” (1.14.7”) 2. Eald Breed (N. Baldacchino) 3. Ice Dream Keruzoc (M. Attard) 4. Gringo Marancourt (K. Axisa)

VIII Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 2140m 1. Onas Sabina (M. Debono) Ħin – 2.38” (1.13.8”) 2. En Choeur Ferfay (J. Schembri) 3. Mellby Drake (N. Baldacchino) 4. Gambit Gibus (S. Cassar)

Charles Camilleri rrapreżenta lil Malta fil-Kampjonat tal-Mediterran tas-sewwieqa fuq 2140m.