Żagħżugħa ta’ 17-il sena residenti l-Imġarr kellha tittieħed b’urġenza l-Isptar Mater Dei wara li inqabdet taħt it-tifrik ta’ saqaf li ċeda f’waħda mill-boathouses.
Kienu għall-ħabta tas-sitta u għoxrin tal-Ħadd filgħaxija, meta tfajla inqabdet taħt it-tifrik wara li ċeda saqaf ta’ boathouse li kienet inaċċessibbli fil-Ġnejna.
Fil-fatt, sabiex ingħatat l-ewwel għajnuna, il-Protezzjoni Ċivili kellha ddaħħal lit-tfajla fil-bajja permezz ta’ lanċa. Fejn kien hemm ambulanza u anke tim mediku jistennew sabiex jieħdu lit-tfajla l-Isptar Mater Dei għal aktar kura.
Fil-post kien hemm anke l-Pulizija li għaddejin bl-investigazzjonijiet tagħhom sabiex jistabilixxu għalfejn ċeda s-saqaf ta’ din il-kamra.
Intant, il-kundizzjoni tat-tfajla għadha mhux magħrufa.
//= $special ?>

