Lokali

AĠĠORNATA: Sofriet ġrieħi gravi t-tfajla ta’ 17-il sena li nqabdet fit-tiġrif ta’ kamra li ċediet fil-Ġnejna

Screenshot

Żagħżugħa ta’ 17-il sena residenti l-Imġarr indarbet gravi wara li saqaf ta’ boathouse li kienet fuqu, sfronda biha.

L-inċident seħħ il-Ħadd għall-ħabta tas-6:15 pm meta il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha ħdejn xi kmamar fil-limiti tal-Bajja tal-Ġnejna – li waħda minnhom, proprju fejn seħħ il-każ kienet inaċċessibbli.

Fil-fatt, sabiex ingħatat l-ewwel għajnuna, il-Protezzjoni Ċivili kellha ddaħħal lit-tfajla fil-bajja permezz ta’ lanċa. Fejn kien hemm ambulanza u anke tim mediku jistennew sabiex jieħdu lit-tfajla l-Isptar Mater Dei għal aktar kura. Aktar tard minn stħarriġ preliminari rriżulta li kienet sofrieħ minn ġrieħi gravi.

Intant il-Pulizija li għaddejjin bl-investigazzjonijiet tagħhom sabiex jistabilixxu għalfejn ċeda s-saqaf ta’ din il-kamra.