Wara l-attivitá politika li saret fil-Qrendi l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg qatta’ ftit ħin fil-Qrendi fejn fost l-oħrajn mar fil-Każin tal-Partit Nazzjonalista fl-istess lokalità.
Matul din iż-żjara l-Kap tal-Partit Nazzjonalista tkellem man-nies preżenti li lkoll awgurawlu għall-ħidma li qed jagħmel fl-interess tal-poplu kif ukoll qasmu miegħu l-isfidi li qed iħabbtu wiċċhom magħhom jum wara l-ieħor.
Apparti minn hekk, Alex Borg kixef lapida waqt ċerimonja li saret fl-għeluq l-40 sena mill-ftuħ tal-Każin tal-Partit Nazzjonalista fil-Qrendi dan filwaqt li saħaq fuq l-importanza li l-politiċi jżommu kuntatt kontinwu man-nies għaliex hekk biss tista’ titfassal politika li tindirizza l-ħtiġijiet tal-poplu Malti u Għawdxi kollu.



