Lokali

Inċident bejn żewġ vetturi fit-tela’ ta’ Selmun

Inċident ta’ head-on bejn żewġ vetturi misjuqa minn mara ta’ 79 sena li kienet qed issuq Nissan March residenti l-Mellieħa, u sewwieq ta’ van ta’ 52 sena residenti minn Ħal Tarxien li seħħ fit-tela’ ta’ Selmun, fiż-żona kif jinqabeż il-pont tal-Mistra.

Wara li ssejjħet ambulanza fuq il-post, iż-żewġ persuni kienu assistiti minn tim mediku u ttieħdu l-isptar Mater Dei.