Internazzjonali

IRAN: Progress żgħir fit-taħditiet mal-Amerika, iżda ż-żewġ naħat għadhom ‘il bogħod

L-Ispeaker tal-Parlament Iranjan ikkonferma li għadhom għaddejin it-taħditiet mal-Istati Uniti biex jintlaħaq waqfien mill-ġlied fuq bażi permanenti. Għalkemm kollox qed jindika li deal finali għadu ‘l bogħod.

“Għadna ‘l bogħod minn diskussjonijiet finalizzati”, qal Mohammad Bagher Ghalibaf, li huwa wkoll wieħed min-negozjaturi tal-Iran.

Trump minn naħa tiegħu qed jinsisti li għaddejin “taħditiet tajbin ħafna” dwar is-sitwazzjoni fl-Iran.

Il-President Amerikan insista wkoll li mhux se jaċċetta theddid minn naħa tal-Iranjani.

Iżda anke minn Teheran waslet theddida oħra dwar ir-rotta ta’ Hormuz, li se tibqa’ magħluqa sakemm Trump ineħħu l-imblokk li imponiet l-armata tiegħu.