Lokali

AĠĠORNATA: Iweġġa’ gravi r-raġel li ħabat bil-karozza fl-inħawi tal-Imbordin fil-Miżieb

Raġel ta’ 63 sena residenti l-Mellieħa kien irrappurtat li tilef il-kontroll tal-karozza tal-għamla wolkswagen scirocco u daħal f’ħajt fiż-żona bejn il-Miżieb u fl-inħawi tal-Imbordin – fil-Miżieb woodlands.

Wara li seħħ dan l-inċident għall-ħabta tat-3:00 pm, issejjaħ tim mediku fuq il-post u r-raġel ittieħed l-isptar Mater Dei għal aktar assistenza medika fejn minn stħarriġ preliminari, irriżulta li kien sofra ġrieħi gravi.

Ritratt: Robert Magro