Lokali

Sewwieq ta’ karozza daħal f’ħajt fl-inħawi tal-Imbordini fil-Miżieb

Raġel ta’ 63 sena residenti l-Mellieħa kien irrappurtat li tilef il-kontroll tal-karozza tal-għamla wolkswagen scirocco u daħal f’ħajt fiż-żona bejn il-Miżieb u fl-inħawi tal-Imbordini – fil-Miżieb woodlands.

Wara li seħħ dan l-inċident għall-ħabta tat-3pm, issejjaħ tim mediku fuq il-post u r-raġel ittieħed l-isptar Mater Dei għal kura għalkemm ma jirriżultax li weġġa’ b’mod serju.

Ritratt: Robert Magro