Lokali Qorti

Koppja arrestati wara li allegatament serqu ħanut

Koppja Maltin ġew arrestati f’San Ġiljan wara li allegatament wettqu serqa minn ħanut tal-merċa fil-Kalkara.

Mariana Attard ta’ 35 sena residenti Bormla u Nurton Borg ta’ 30 sena residenti l-Pietà ġew arrestati wara li allegatament serqu €6,000 f’pakketti tas-sigaretti u flus kontanti l-Ħamis filgħaxija.

Attard qed taffaċċja wkoll akkużi separati dwar l-involviment tagħha wara li qarret b’żewġt irġiel u qaltilhom li taħdem ta’ prostituta fejn mbagħad talbithom ammont ta’ flus bl-għajnuna ta’ Borg.

Filmati li ġew eżaminati mill-Pulizija, Borg jidher dieħel f’żona fejn il-ħanut tal-merċa, b’Mariana Attard tidher li qed tissorvelja ż-żona. Ftit wara, sid il-ħanut irrapporta li sab ammont ta’ flus u oġġetti neqsin.

Il-Pulizija mbagħad wettqu spezzjonijiet fil-lukandi madwar San Ġiljan u Paceville fejn sabu oġġetti li allegatament ittieħdu mill-ħanut u anke sustanza suspettata kokaina.

Intant, il-Qorti tat il-ħelsien mill-arrest lil Miriana Attard filwaqt li Nurton Borg inżamm arrestat.