Internazzjonali

Kull dollaru li jmur għand ir-Russja se jservi biex jintuża fil-gwerra kontra l-Ukraina – Zelensky

Il-President Ukren Volodymyr Zelensky ikkundana d-deċiżjoni tal-Istati Uniti li jestendi l-perjodu li fih ir-Russja għandha l-permess tbiegħ iż-żejt minkejja is-sanzjonijiet lejn ir-Russja mill-Punent.

Dan ifisser li l-pajjiżi jistgħu jixtru żejt Russu li diġa kien tgħabba fuq il-bastimenti qabel is-16 ta’ Mejju

Il-waiver huwa maħsub biex ikun hemm biżżejjed supply tal-enerġija minħabba l-gwerra bejn l-Istati Uniti u Iżrael mal-Iran. Sanzjonijiet kontra r-Russja huma fis-seħħ minn mindu l-President Russu Vladimir Putin invadi lill-Ukraina fi ~Frar tal-2022.

Madankollu Zelensky argumenta li kull dollaru li jmur ir-Russju se jservi għall-gwerra tal-Ukraina.

Minn mindu ingħalqet ir-rotta ta’ Hormuz inħoloq kaos sħiħ, bil-biża’ li jkun hawn riċessjoni dinjija jekk ir-rotta ta’ Hormuz ma jinfetaħx mill-aktar fis