Manchester City wettqu dak li kien mistenni minnhom hekk kif rebħu l-iżjed partita importanti tal-istaġun kontra Arsenal bl-iskor finali jkun 2-1.
Is-Citizens imorru fil-vantaġġ fl-Etihad Stadium wara 18-il minuta permezz tal-istilla Rayan Cherki minn suġġeriment ta’ Matheus Nunes.
Il-Gunners idumu inqas minn żewġ minuti biex jirrispondu hekk kif Kai Havertz ikkapitilizza fuq l-iżball tal-goalkeeper Gianluigi Donnarumma u xeħet ġewwa.
Ħadd ħlief Erling Haaland isib ix-xibka għall-iktar gowl importanti tal-istaġun fil-65 minuta meta n-Norveġiż jegħleb lil Gabriel u jasal qabel il-Brażiljan mill-kross ta’ Reilly biex xeħet fil-baxx.
Manchester City javvanzaw fil-klassifika, id-distakk bejn iż-żewġ timijiet jinżel għal tlett punti biss, b’Manchester City jilagħbu partita inqas minn Arsenal. F’kaz li Man City jirbħu l-partita inqas, jilħqu lil Arsenal f’ras il-klassifika.
Partita oħra importanti, hekk kif Liverpool rebħu l-Merseyside Derby kontra r-rivali eterni Everton bl-iskor finali ta’ 2-1.
It-Toffees b’ċans li jiftħu l-iskor wara 27 minuta permezz ta’ Illiman Ndiaye hekk kif l-attakkant isib ix-xika, pero wara konsultazzjoni mal-VAR, ir-referee Chris Kavanagh jiddeċiedi li l-gowl mhux validu.
Ir-Reds kellhom bżonn biss żewġ minuti oħra biex jiskorjaw huma stess, din id-darba permezz tal-attakkant veteran Mohammed Salah.

Kollox kien jindika li l-iskor finali se jkun draw ta’ gowl kull wieħed, madankollu wara 10 minuti ħin addizjonali, Virgil van Dijk irnexxielhu jsib ix-xibka għat-tlett punti fundamentali għal Liverpool li jinsabu f’battalja għall-post mal-ewwel ħamsa.
Wieħed minn dawk it-timijiet li qiegħed jissielet għall-post mal-ewwel ħamsa huwa Aston Villa, u huma wkoll gawdew minn gowl fl-aħħar sekondi biex għelbu lil Sunderland 4-3.
Partita drammatika immens, bil-Villians imorru fil-vantaġġ permezz ta’ Ollie Watkins wara żewġ minuti logħob, u l-Black Cats jagħmlu l-iskor indaqs fid-9 minuta hekk kif Chris Rigg isib ix-xibka.
L-istess Ollie Watkins jiskorja t-tieni gowl tiegħu fil-35 minuta.
Hekk kif bdiet it-tieni taqsima, Aston Villa jkomplu jiskorjaw, din id-darba Ollie Watkins jipprovdi l-assist, u jiskorja Morgan Rogers,
Sunderland jirnexxielhom iġibu d-draw b’miraklu, żewġ gowls f’żewġ minuti skorjati minn Trai Huma fil-86 minuta u minn Willian Isidor fis-87 minuta.
Kien l-eroj Tammu Abraham li sab ix-xibka fit-93 minuta li ta t-tlett punti lit-tim tiegħu.
Nottingham Forest kisbu tlett punti importanti ħafna fil-mixja tagħhom lejn is-salvazzjoni, bi prestazzjoni stupenda mill-istilla Morgan Gibbs-White, l-iskor finali jkun 4-1.
Kienu Burnley li fetħu l-iskor hekk kif ħasdu lill-avversarji permezz ta’ Zian Flemming fil-45 minuta.
Gibbs-White jisraq ix-xena b’tlett gowls li waslu fit-62 minuta, fid-69 minuta u fis-77 minuta.
Igor Jesus jagħlaq il-partita fid-96 minuta.
//= $special ?>

