Lokali Qorti

Raġel jingħata l-ħelsien mill-arrest wara li allegatament agreedixxa raġel ieħor

Raġel ingħata l-ħelsien mill-arrest wara li kien akkużat li fera raġel ieħor is-Sibt filgħaxija.

Il-Qorti fetħet b’urġenza l-Ħadd filgħodu sabiex Hamdi Ben Cherifia tressaq il-Qorti akkużat li weġġa’ raġel ieħor u li hedded u beżża’ lill-vittma.

Il-prosekuzzjoni spjegat li r-raġel ma għandux jingħata l-ħelsien mill-arrest minħabba biża’ li jkun hemm manipulazzjoni ta’ provi. Filwaqt li d-difiża spjegat li l-allegat aggressur ma għandu l-ebda kuntatt mal-vittma.

B’hekk, il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Lara Lanfranco tat il-ħelsien mill-arrest lill-allegat aggressur filwaqt li anke ordnatlu jħallas garanzija personali ta’ 7,000 ewro. L-akkużat irid jiffirma bail book kuljum u anke jidħol fir-residenza tiegħu sad-9 ta’ filgħaxija.