Juventus kisbu rebħa importanti biex komplew ikabbru d-distakk minn ma’ Roma u Como fil-battalja tagħhom għall-post mal-ewwel erba’, hekkk kif għelbu lil Bologna 2-0. B’din ir-rebħa, il-Bianconeri issa kabbru d-distakk għal ħames punti minn ma’ Roma u Como, li t-tnejn għanhom 58 punt wara 33 partita, filwaqt li Juventus għandhom 63 punt.
Il-Bianconeri jiftħu l-iskor wara biss żewġ minuti permezz ta’ daqqa ta’ ras tajba ta’ Jonathan David. Fit-tieni taqsima tkun daqqa ta’ ras oħra, din id-darba mis-sostitut Khepren Thuram. L-assists waslu minn Kalulu u Mckennie rispettivament.

Milan sabuha diffiċli jegħlbu lil Hellas Verona li jinsabu f’qiegħ il-klassifika flimkien ma’ Pisa b’18-il punt. Milan ħadu r-rebħa permezz ta’ gowl waħdini skorjat minn Adrien Rabiot fil-41 minuta.
Id-19-il telfa staġjonali għal Pisa, din id-darba f’telfa ta’ 2-1 kontra Genoa.
Rebħa importanti għat-tim imexxi minn Daniele De Rossi li jkomplu jitbegħdu miż-żona tar-relegazzjoni.
Pisa fetħu l-iskor l-ewwel wara 19-il minuta permezz ta’ Simone Canestrelli.
Jeff Ekhator jagħmel l-iskor indaqs fil-41 minuta.
Lorenzo Colombo jikkonverti l-penalty tiegħu biex jagħmel l-iskor 2-1.
Cremonese kontra Torino kienet l-ewwel partita tal-ġurnata, u fiha ma kien hemm l-ebda gowl.
//= $special ?>

