Lokali

Se tirrapreżenta lil Malta fl-Indja f’Ottubru li ġej

Natalia Galea, ta’ 27 sena, ġiet inkurunata Miss Grand Malta 2026.

Avukata u għandha passjoni kbira għall-ivvjaġġar, l-avventura u t-tisjir. Hija wkoll impenjata ħafna f’ħidma filantropika, b’enfasi partikolari fuq l-appoġġ u l-promozzjoni tad-drittijiet tat-tfal b’diżabilità.

Natalia ġġib magħha esperjenza importanti, wara li rrappreżentat lil Malta f’kompetizzjonijiet internazzjonali tliet darbiet. Hija se terġa’ tirrappreżenta lil Malta fuq il-palk internazzjonali fil-kompetizzjoni Miss Grand International fl-Indja f’Ottubru li ġej.

Miss Grand Malta ssir taħt id-direzzjoni ta’ Jeff Francalanza.